F’Dal-Waqt Li Ma Tafx.
F’dal waqt
li ma tafx
Jekk hux ta’
ferħ
Jekk hux ta’
dwejjaq
It-taħdid
tiegħek isir
Taħbit mal-bieb
ta’ barra
U jiena naf
li jekk nissogra niftaħ
Jidħol ir-rambaġġ.
It-taħrikiet
tiegħek biċċa poeżija
Li ma
jqanqlux dak l-uragan
Li kien
iġorrni miegħu.
Ħsieb għaddieni
int
Li dejjem
jerġa’ lura
U b’din
il-bixra li biha nqum
Infittex kull
filgħodu qalb il-friex
Il-kliem li
bih insebbaħ jew nistħajlek.
Infittxu
t-tnejn li aħna triqatna
Mingħajr ma
nintebħu
Bis-sabiħ
ta’ xħin tkun qrib.
Jista’ jkun
li nibża’ minnek,
Inkella leħni
ma jwassalx.
Iva, tista’
tgħid li missejna ma xulxin
Iżda
mbagħad intlifna
Fl-abbiss
tal-univers.
Alfred
Grech
31/10/2021.
Comments
Post a Comment