Ġej Il-Quddiem.

 

Tieħu sehem f’dil-maratona

Imqar jekk tisbaħ ma tiflaħx,

Issib ruħħek tgħum mal-bqija

Żgur il x-xefaq, ma taraħx.

 

Qum minn hemm, trid taqta’ l-mażri

Qum minn hemm, biex tibda’ ddur

Daqs żugraga, żmar fis-sienja

Jew xi lsir ma kuntrattur.

 

Qum minn hemm u mhux titlajja

Imxi dejjem, għix fis-sliem.

Kull ma jmur tixtarr u temmen

Mingħalik ġej il-quddiem.

 

Alfred Grech

01/10/2021

Comments

Popular posts from this blog