Hemm Ilħna.

 

Hemm ilħna li ma jirbombjawx

Hemm ħsejjes li ma jidwux

Dan krib ta’ qtigħ il-qalb

Mal-fewġa tal-aħħar daqqa.

 

Xi ħtija għandi jien

Jekk issa ntlif

Niġġerra wara s-sabiħ

Nixxabbat mal-ogħla qċaċet

U nixrob mill-għajn tal-ilma ġieri

Nixxegħa li qatt ma taqta’?

 

Imqar jekk iddendel mażra m’għonqi

Imqar jekk tagħmilli sarima ma ħalqi

Il-madmad ma jfixkilnix

U jiena ma nieqafx.

 

Alfred Grech

27/10/2021.

Comments

Popular posts from this blog