Imbikki l-Gawwi.
Imbikki
l-gawwi li jittajjar
Fuq mewġet
l-imħabba ġdida
Is-seħer
tad-dell li qatt ma jerġa’ lura
Imqar li
kont nista’ nerġa’ nħaddnek.
Ma tkun
xejn għajr fissazzjoni
Bħal min ħafi
nimxi fuq ir-ramel
Ebda għelm
ma juri mnejn għaddejt
U jekk
imxarrba huma jdejja
Mhux ħlief
dmugħ ta’ qtar għajnejk.
Skantata
tista’ tibqa’ tħares lejn ix-xefaq
Sakemm imqar
ix-xemx tinħeba wara x-xifer.
Jekk
mgħaġġeb għadni hawn
Naħseb fuq
l-għada
Int sirt
ħuttafa mjassra ġewwa l-gaġġa
Ta’
ħsibijieti.
Din hija
l-għanja
Li ttir
lejn is-smewwiet
U tikteb
id-dieqa tagħha fuq is-sħab.
Alfred
Grech
22/10/2021.
Comments
Post a Comment