Imqar Jien.
Imqar jien
ridt ftit tal-ispazju,
Imqar jien
ridt nogħla, ntir
Biex nimraħ
f’wileġ ġodda
Biex nara
n-naħħa oħra tal-qamar
Biex b’hekk
nista’ ngħix ħajj’oħra
Ġewwa bużżieqa
tal-arja,
Ġewwa sħaba
ta’ duħħan.
Tkun din
ukoll
Oħra minn
dawk li jgħaddu
Jew daqqa
li tħallik mifluġ.
Hu dan
il-biża li tqum bih
Li jgħaddi
mal-mogħdija tal-ħin
U jinħall
fil-kurrenti ta’ kuljum
Li jagħmlu
l-patina ta’ wiċċ il-ħajja.
Il-ħolm
tinsieħ għax dgħajjef
Iżda qawwietu
bħal kurrent tal-qiegħ
Li jqanqal il-wiċċ
daħkan ta’ baħar ħiemed
Imqar
il-ħolm għandu l-ġejjieni tiegħu
U jaħseb
fik.
Alfred
Grech
21/10/2021.
Comments
Post a Comment