Inti Qbist Fuq ix-Xaqliba l-Oħra.
Inti qbist
fuq ix-xaqliba l-oħra
U lilna
ħallejna bejn ħaltejn
Impejjpu d-duħħan
tal-ħolm
U nonfħu
l-bżieżaq tas-sapun
U l-konswetudni.
Int
ħallejtna hawnhekk
Nistaqsu x’ikun
dan in-ngħas tagħna
Inkella x’kienet
din l-aljenazzjoni
Biex nibqħu
illum u għall dejjem
Nistaqsu kienx
hemm mod ieħor.
Int
ħallejtna hawnhekk naqtgħu
t-tokk u
ngħollu x-xorrti
filwaqt li
sirt irmied tiġġerra mal-irjieħ
u ma
tidhirx. Jekk tista’ minn fejn int
itfagħlna
mqar merżuq dawl
biex naraw
nimxu fid-dlam
tal-waqtiet
mormija.
Alfred Grech
15/10/2021.
Comments
Post a Comment