Inti u Inti Biss.
Inti li
ġejt tħaddan inżul ix-xemx
F’dan
ir-rumanz li tennejnieh flimien
Kont il-
grillu ta’ dat-tferfir il-qalb
Li jagħmlek
żagħżugħa mill-ġdid
U nsejna
l-mogħdija fejn it-tnejn li aħna
Kaxkarna saqajna
Bil-ktajjem
marbutin
Bħal fil-ġimgħa
l-kbira.
Inti li
bħal għasfur tal-bejt tkixxift
Sabiex issib
xi roqgħa art għalik biex fiha
Tibni l-bejta
tiegħek
Tagħraf issa
mil-liema tafal hu magħmul
l-għannej
li qed jgħannileki.
Inti u
inti biss stajt tifhem it-tqanqiliet
U ċ-ċaqliqiet
tal-baħar li bela’ l-bastiment
Li varajna
F’sema
bnazzi u taħt xemx tisreġ.
Alfred
Grech
26/10/2012
Comments
Post a Comment