Jum Wieħed Wara L-Ieħor.
Jum wieħed
wara l-ieħor
Tqum filgħodu,
taqta’ n-nifs.
Jum wieħed
wara l-ieħor
Tqum l-istess
ma tafx fejn int.
Jum wieħed
wara l-ieħor
F’dit-tellieqa
tkun fil-ħin
Jum wieħed
mhux bħal bqija
Tgħejja,
togħtor
U ma tibqax
fil-ħin tas-snin.
Alfred
Grech
04/09/2021.
Comments
Post a Comment