Mat-tul Ta’ Sisien Imniddija.
Mat-tul ta’ sisien imniddija
Fid-dalma tiċċarat bis-sjuf
Bħal-karba li toħroġ qawwija
Bħal ħlejqa li ħarġet mill-ġuf.
Erħilhom ħa
jgaħqdu u jduru
Għax dawn m’għandhom
sabar imkien
Xħin fl-aħħar
jintebħu bil-ħsara
Għalxejn qed
jistaqsu dan x’kien.
Jistħuhom
uliedhom li jwelldu
Jistħuhom
l-istorja u ż-żmien
Jisħithom kull
min ħares lura
Bil-ħsieb
jifli ftit x’seta’ kien.
Alfred
Grech
02/10/2021.
Comments
Post a Comment