Tgħid Qed Nitlef?
Tgħid qed nitlef
il-ħin tiegħi niġġerra
Wara
l-friefet inkella noqgħod nisma’
Fuq xtajtet
it-tnissija, d-diwi mtenni
Ta saħħet
il-grigal u l-krib tal-gawwi?
Ridt nara
wkoll xi prezz irrid inħallas
Jekk noqgħod
fiss f’għajnejk fis-skiet inħares
Fil-ħolm u
t-tqanqiliet li jsiru riefnu.
Int toqgħod
bla ma tieqaf tistaqsini
Xi tfisser
int għalija u x’se jsir minni.
Sbuħitek
il-ħin kollu qiegħda f’moħħi
Imbagħad xħin
niġi ħdejk jerġa’ jibdieli.
Int tista’
biss dal-kjażmu tgħinni naqsam
U miegħi
titla’ t-telgħa l-aktar wieqfa
Għaliex minn
hemm naraw min jiġi taħtna.
Jien ħsibt
li int mhux ser tħallini naħrab
U jien li
tajtek ruħħi nibqa sejjer
U qatt u
qatt mhu ser inħares lura.
Alfred
Grech
Comments
Post a Comment