Traxxax Ix-Xita.

 

Traxxax ix-xita tas skiet minn sema mitfi

Qtar ta’ dmugħ jiżżennen mit-tarf tal-ajru

Jistrieħu fuq il-ward imxekkel mill-ħarifa

Fil-ġonna tal-eżilju tagħna

Mirduma mill-bini tal-konkrit

Fit-tifkira ta’ meta d-dinja kienet ħielsa

Qalb il-beraħ tal-innoċenza

Taħt qawsalla li qatt ma tgħib.

Mur aħrab issa

Minn dan il-kjaroskur.

Mur aħrab issa mill-ħabs tal-ħsibijiet

U tax-xewqat infertili.

Hawnhekk tibqa’

Fgid-dlam ta’ dejjem.

 

Alfred Grech

14/10/2021

Comments

Popular posts from this blog