U Issa
Nafu.
U issa nafu
kif ser tispiċċa
Tħallina mxennqa
bħal l-ewwel darba
U nafux
għaliex erġajna.
U issa nafu
li m’aħniex ugwali
Kull darba
li nitilgħu din it-telgħa
It-telgħa
tal-kalvarju
Qalbna teħber
li dan kollu
Ripetizzjoni.
Iżda lilek
ngħidlek li nħobbok
Sabiex nixgħel
ġewwa fik
U ġewwa fija
x-xintilla
Li trid
turina t-triq
Għal għada.
Alfred
Grech
28/10/2021.
Comments
Post a Comment