F’Dak Il-Waqt Li Ma Tafx.
U f’dak
il-waqt li ma tafx
Jekk hux ta’
ferħ jekk hux ta’ dwejjaq
It-tħeddida
tiegħek issir taħbit mal-bieb
Ta’ barra u
jiena naf li jekk nażżarda
Niftaħ iġorni
r-rambaġġ.
It-taħrikiet
tiegħek
Biċċiet tal-poeżija
li ma tqanqalx
Dak l-uragan
li dari kien
Ikaxkarni miegħu.
Int ħsieb
maħrub li jerġa’ lura
U jibqa’
jirrikorrri
Għax hekk
inqum jien ta’ kull filgħodu
Infittex il-kliem
Kif nista
nfissrek.
It-tnejn li
aħna nimxu wara l-leħen
Li ma
jinstemax mingħajr ma nafu
Kemm aħna
qrib xulxin.
Jista’ jkun
li nibża’ minnek
Inkella leħni
ma jwassalx.
Iva tista
tgħid li missejna
Lil xulxin
iżda mbagħad
Int issaħħart
u ntlifna
Fl-abbissi
ta’ kuljum.
Alfred
Grech
Ż17/11/2021.
Comments
Post a Comment