Fix-Xejn Nintilef.
Imqar jekk
jiena mimli għadab
Għalija nnifsi,
naf li għada
Jerġa’
iġarrabni l-ħsieb nebbiexi
Il-molla li
tiġbed u tispara.
L-ewwel
trid toqgħod attenta
Li ma
tweġġax
Imbagħad
tmur fuq ix-xifer
Mingħajr ma
taqbeż.
Minn
tiegħek baqa’ biss is-simulakru
Taż-żmien
li għadda
Għaliex f’idejja
m’għandi xejn
U xuxtek
tmelles biss il-fewġa tal-grigal
Xħin dan
jimtela’ bis-sogħba.
Jien
twelidt fix-xejn
U fix-xejn
irrid nintilef.
Alfred
Grech
02/11/2020
Comments
Post a Comment