Idejn Imċappsa.

 

Kif tgħid li għandek f’idejk imċappsa

Bid-demm ta’ taħt it-terrapien

Ta’ mitt kantun

Tal-konrit li jgħaffeġ qalb il-krib

Lil min hu ferut il-muftieħ tal-ġejjieni.

 

Għalxejn tistaħba mill-ħars

Ta’ għajnejn l-isqra

Dawl ix-xemx bħar riflettur

Fid-dlam il-lejl jisiltek mill-bqija.

Qatt ma terġa’ tingħaqad magħha

Dik li telqet u taret mar-riħ

Bħalma jtir il-kosbor.

 

L-ingann inqala’ minn wara l-purtieri

Li ma fetħux

Bl-irrumblar ta’ nġenji qattiela

Li jgħaddu mnejn iridu

Li jimlew kull fejn isibu.

 

Aħna spettaturi ħatja

U siekta għal ġenb tat-triq.

Din hija l-karba tal-innoċenti

Din hija l-għaġna tal-prepotenti.

 

Alfrd Grech

03/11/2021.

Comments

Popular posts from this blog