Il-Ġrad li
Baqa’ Jgħanni.
Ġiegħeluni
l-kutrumbajsi ninsa’ wiċċek
lanqas li
kont bla ħwejjeġ tittajjar
fuq xi
xkupa biex tara kif hawn isfel
in-nies tgħeda
inkella tara kif tilħaq
xi kewkba.
Ġiegħelni
int għal ftit waqtiet
liż-żmien
għaddej ninsieħ u ħsibt
li rġajt
mill-ġdid bdejt tiela’ t-telgħa
sakemm
imqar il-ġwienaħ li selliftli
inħallu u
ntbaħt li sal- quċċata
qatt ma
nasal.
Għalhekk
hawnhekk nintasab
taħt dan
il-ħajt biex ngħanni
l-għanja li
biha biss nista’ insir
bħal ġrad
li baqa’ jgħanni
mqar
fix-xitwa.
Alfred
Grech
07.11.2021.
Comments
Post a Comment