Inti Li qiegħda Tħares.

 

Inti li qiegħda tħares lejja

Tistenna ċaqliqa

Ma tirriflettix bħal mera

Bħal baħar bnazzi jbus is-sema

Lanqas turini dak li hu

Trid terfa’ l-ankri u ma tistax

Trid ittir mingħajr il-ġwienaħ

Trid tiġi f’ħoġri

U taf li ma niflaħx

Trid terġa’ tara l-kwiekeb. . .

 

It-toqol tiegħek hu mistħajjel

Il-ferrovija telqet

U bqajt ma rkibtx

Tista’ teħles mill-imgħoddi

Tinża’ ħwejjġek

U tgħidli int min int

U jiena ngħannqek.

 

Alfred Grech

30/11/2021

Comments

Popular posts from this blog