Jekk Int Iġġor Valiġġi.

 

Jekk int iġġorr valiġġi

Li huma tqal għalija

Kif tridni nibqa’ naqdef

Fit-tul da dit-tfittxija?

 

Kif tridni jdejk inżommlok

Jew nilmaħ il quċċata

Li fuqħa trid li nasal

Bit-ġieħ li int jistħoqlok

 

 

Jekk int iġġorr it-toqol

Tal-bieraħ li jifliġna

Ma nafx kif sejrin naslu

Sal-bieb li minn ħriġna.

 

Alfred Grech

08/11/2021

Comments

Popular posts from this blog