Jekk Tibqa’ Tiela’ ‘l-fuq.

 

Jekk tibqa’ tiela’ ‘l-fuq

Għad tilħaq saħansitra l-kwiekeb

U tibda’ tara kolloxx idur bik.

 

Nogħla kemm nogħla qatt mhu se nilħaq

‘l-għoli tiegħek

Sirt bużżieqa mimlija arja.

 

Nogħla  kemm nogħla

Is-sema mhux ser nilħqu

U minn dan l-għoli kollu

Mhux ser nagħraf wiċċ minn ieħor.

U ma naħlifx jekk insibx xi paraxut

Biex ninżel ħelu ħelu.

 

Nogħla kemm nogħola

Mhux ħlief inkejjel l-irjieħ bħal animometru

Inkella xi pinnur

Li jbiddel fehmthu.

 

Alfred Grech.

27/11/2021.

Comments

Popular posts from this blog