Kif Stajna Nobsru.

 

Kif stajna nobsru qatt

Li m’ażniex fit-triq tal-ġenna

Li żżellaqna fuq żurżieqa

Li twassal biss sa ġol-abbiss?

Jien nikteb dawn il-versi

Li bihom nistħajjilni qed inkellmek

U nħoss id-dehxa tat-tmellis

Fil-qiegħ tal-eżistenza.

Imbagħad nitħajjlek tatwaġġ

Mitub kullimkien fuq ġismi

Biex b’hekk nista’ naqrak il-ħin kollu.

 

Alfred Grech

15/11/2021

Comments

Popular posts from this blog