Lil Lana.

 

Il-ksur infetaħ ġol irdum imkennen

Nebbieħ żernieq li qatt ma stenbaħ waħdu

ix-xemx tistaħba mhux għax tistħi qabel

ma terġa’ tqum f’sessik, tkun taf fejn qiegħed.

Tista’ tgħoxa bis-seħer tas-sbuħija

f’għejbien ix-xefaq, min fejn stajt tittawwal

taħt il-ħmura ta’ sħab li qatt ma jdellel

l-iżraq fil-baħar ħiemed . . .

 

Alfred Grech

22/11/2021

Comments

Popular posts from this blog