Meta Jdejja
Waqfu Jmellsu.
Għax issa
sirt riga
Fin-narrattiva
tiegħi
Għax issa
sirt werqa
Li timbela’
mill-art xħin taqa’
Inqum
min-ngħas kull meta
Fi mniffsejja
tasal il-fwieħa tiegħek
U meta fi
ħsiebi tibda’ tiela’
Tarġa tarġa tat-tron li ħejjejtlek.
U meta
tersaq qrib inħossok
Tiġri ġewwa
l-vini.
Jien issa
ankrat għax naf
Li ma
nistagħax induq aktar
Mill-ikel tal-allat
l-ambrosia
li ħbejtli fi Ġnien l-Għeden
meta idejja
waqfu jmellsu.
Alfred
Grech
11/11/2021.
Comments
Post a Comment