Mhux Hawnhekk U Issa.

 

Bħallikieku l-Imgħoddfi se teħles minnu

Ma taqleb qatt il-folja u ssebbaħ il-jum

Għalxejn il-qrar

Imqar jekk ħlejt ħajtek u żmienek

Tfittexk it-triq lejn l-infern.

It-triqat tagħna ma jiltaqgħux

Hawnhekk u issa.

Int trid terġa’ titwieled mill-ġdid

U jien irrid insir ħaddieħor milli jien

X’aktarx xi ħadd li qasam miegħek

Il-pont tal-biki

Jew xi ħadd li ħlomt bih.

 

Iżda ma jistax ikun hawnhekk u issa.

 

Alfred Grech

06/11/2021.

Comments

Popular posts from this blog