Min Jaf?
Insibni ngħidlek kliem bla ma naħsibhom
Xi ħaġa’ illi titlaq bla ma żżommha
Bħal drawwa li titrabba bla tintebaħ
U f’daqqa ruħek sibt f’baħar imqalleb.
Min jaf kienux għajnejk qed inebħuni
Inkella dawk xuftejk ta’ bla tbissima
Min jaf jekk hux inħabbat rasi qiegħed
Mas-seħer tat-tqanqil ġo baħar ħiemed.
Alfred Grech
24/11/2021
Comments
Post a Comment