Sokor.

 

Imqar l-għana sar il-vizzju

Malajr teħles mit-taħwid

Jew il-morsa li qed tgħafas

U l-munġbel li qed iżid.

 

Tagħmel kollox barra taħseb

Fuq li hu u fuq li ġej,

Għax il-ħin igerrem dejjem

U titħabat! Dan għalfejn’?

 

Iżda n-nies hekk qed jinġarru

Mal-kurrent tal-ilmijiet

Ta’ ġot-toroq b’ħalba xita

Xħin tinfetaħ is-smewwiet.

 

Mela jekk għal xi waqt wieħed

Taqa’ d-dalma, swied il-qalb,

Ibda għanni, ibda qabbel

Jew inkella nfexx fit-talb.

 

U jekk għad xi darba tieqaf

Għax mill-ġdid spiċċajt fit-tajn

Mil-ġdid erġa’ l-muża sejjaħ

Qatt ma tinxef dina l-għajn.

 

Alfred Grech

13/11/2021.

Comments

Popular posts from this blog