Aħna Min Aħna?
Xi minn
daqqiet għamilna ta’ bir-ruħna
Li aħna ta’
xulxin mingħajr ma ntbaħna
Li aħna bħall-għasafar illi jpassu
Li l-istaġuni
jnebbħu t-trajjettorja
U l-kontinent
li minnu rridu ngħaddu.
Irqajja ta’
sħab aħna fuq sema ikħal
Ninsabu
ttrapjantati sabiex nieħdu
Kul għamla
u kull lewn skond ma nixtiequ.
Sħab għaddieni
u żiffa tonfoħ, xħin tfittex
Ma ssib
xejn u ħolm u ħsieb jintrikeb.
Hekk aħna,
ħalba xita malajr tgħaddi
Imbagħad titfaċċ
xemx tiddi f’miljitha.
Alfred
Grech
18/12/2021.
Comments
Post a Comment