Apokalissi.

 

Riefnu ta’ tqanqieliet. Kliem li qatt ma għedtu

Ħajja li qatt ma għextha, sensazzjoni

Li qatt ma ħassejt. Jista’ jkun li x-xema

Taħraq l-arja li minnha trid titniffes

Iżda bħat-tifkiriet din skoll ta’ dwejjaq

Ta’ ħsibijiet l’ għaddew u xejn ma baqa’

Matul is-solitudni tal-bankini

F’ħajja li qatt ma għext jew qatt ma ħlomtha.

 

U jista’ jkun ukoll li qiegħed nagħmel

Ta’ bir-ruħi li qed nifraħ biex nibqa’

Mislub ma l-aħħar tama’ li fadalli

Li din ukoll tispiċċa mingħajr sugu

U dan biex lili ma nitlifx għal kollox.

 

Is-skiet imbagħad iġiegħlni l-istennija

Ntenni li kulħadd iħoss ġo qalbu

Avvent ieħor:  twelid li qatt ma wasal

Jew li għadda mingħajr ma biss intbaħna.

 

Ma nitlifx l-innoċenza tiegħi, iżda

Bit-tama xi darba li għad ninbidel

Nitwieled għad mill ġdid nirxoxta nerġa’

Nixxotta d-dmugħ, inkella mmut, nispiċċa. . . .

 

Alfred Grech

30/12/2021.

Comments

Popular posts from this blog