Avvent II

 

Dnubietek mhux se tinsa’

U l-ħsara li wettaqt

l-uġih li ġibt b’ilsienek

fil- miġja ta’ dalwaqt.

 

U lanqas tħossok sewwa

Għar-rdoss ta’ xi fuklar

Taħt dawl artifiċjali

Ta’ lejl li sar bin-nhar.

 

Tat-toroq kollha mdawwla,

Tas-siġra tal-Milied,

Faċċati  dawli petpet

Ta’ rħula u tal-ibliet.

 

Staġun dan ta’ min jifraħ

Fost mard u swied il-qlb

Fil-ksieħ ta’ xitwa kiefra

U jemmen min fit-talb.

 

Ma tista’ lanqas tħossok

Xħin tqassam xi rigal

Għax int mill-ħafna l-għandek

Tmur toffri fuq l-artal.

 

F’qoxortok terġa’ tidħol

U tagħmel bħal bebbux

Fil-qlub xi xrara tkebbes

Ta’ dawk li ma jemmnux.

 

Imqar jekk terġa’ twelled

Tarbija minn ġo fik

L-eternita’ tiċċassa

U l-biża’ jagħmel bik.

 

Alfred Grech

21/12/2021.

  

Comments

Popular posts from this blog