Għalissa Solitudni.

 

Għalissa solitudni u dawl ta’ qamar

Mhemmx li nibqa’ niġġerra qisni vagabond

Infittex dak li ma nafx jew li mhux hemm.

Jista’ jkun li għad nerġgħu niltaqg]u

Meta nixjieħu xi ftit ieħor

U r-ritmi jkunu anqas mgħaġġla,

Jew min jaf?

Niltaqg]u x’imkien ieħor

Meta dehra ta’surtek

Ma tikfisx fit-trasfigurazzjoni

Ta’ xemx li ħliet saħħitha.

Jien inniżżlek aħjar

U int tkun żdidt fil-ħlewwa.

Iżd’issa int għalija taħwid biss

U jien għalik velenu.

 

Alfred Grech

11/12/2021.

Comments

Popular posts from this blog