Il-Poeżija.

 

Il-poeżija taret u ħarġet minn ġot tieqa

Meta se terġa’ lura ma nafx

Min ilebbitha?  Min jikkmandaha?

Xi minn daqqiet bħala mara dik

Li ma tridx taf bik aktar.

 

Toqgħodx hawn bit-tama

Li għad jibdielha

Li għad terġa’ lura

Għal għandek

Iddawwar l-antena biex taħkem il-mewġ sieket

U trażżnu fil-kitba.

 

Bħal mara dik li reġa’ bdielha

Jew waħda li ltqajt magħħha

Bla kont tistenna

U qalbek tħabbat mgħaġġla

Għax issa l-waqt.

 

Alfred Grech

15/12/2021

Comments

Popular posts from this blog