Il-Ħsejjes Tiegħi.
Jien ridt
nagħmel
Il-ħsejjes
tiegħi stess
Mhux għax
fil-ħsejjes hemm il-faraġ.
Fil-ħsejjes
hemm l-aljenazzjoni
Ninsa’ lili
nnifsi u ninsa’ lilek
Li ma nista’
nilħqek qatt
Għalkemm nikkunemplak
Il-ħin
kollu.
Issa xħin
nidħol f’qoxorti
Inħossni egħref
milli kont
Aktarx għax
nisa’ li jien miexi
U ninsa’
wkoll lil dawk
Li jimxu miegħi
Ninsa’ li
nkun tlaqt
U li rrid
nasal.
Għaliex
dal-karusell
Dawrien fil-vojt
u bla waqfien
Li sibt
ruħħi fih?
U jibqa’
dad-dawrien imqar mingħajri.
Dan hu ritwal
Jista’ jkun
ma fih ebda tifsir
Ifisser biss
li issa hekk drajna
Ifisser biss
li hekk għaġnuna
Imbagad it-tifsira
nagħmluha aħna.
Dan hu
ritwal
Minn tlugħ
sa nżul ix-xemx
Imqar jekk
xemx lanqas ma titla’
Tagħmel ta’
bir-ruħek li qiegħda hemm
Imqar jekk
lanqas tiddi.
Alfred
Grech
24/12/2021
Comments
Post a Comment