Inżel Xita Inżel.
Inżel xita
inżel
Ħalli jikber
il-ħaxix .
In-nies
tinġabar ġewwa
U jieqafit-tlellix.
It-toroq
iffullati
F’daċ-ċokon
ta’ pajjiż
Jistrtieħu
għal waqt wieħed
Ujonqos
it-tinġis.
It-toroq
iffullati
B’vetturi u
nugrufun
U ftit
tan-nifs jittieħed
Jimtlew ukoll
l-għejjun.
F’qoxortu
kulħadd jidħol
Jinqatgħu l-ksuħat
Ta’ nhar ta’
Ħadd filgħodu
Fil-ġiri u
fil-blugħat.
F’qoxortu
kulħadd jidħol
Fil-ħemda
għal ftit tal-ħin
U jibda’
wkoll jistaqsi
Kos aħna
fejn sejrin?
U hekk
tistrieħ id-dinja
U hekk
jistrieħ kulħadd
Taħt sema
sħab imkebbeb
Li jdellel nhar
ta’ Ħadd.
Alfred
Grech
04/12/2021.
Comments
Post a Comment