Jien għandi Biża’ Kbir.

 

Jien għandi biża kbir li għad nispiċċa waħdi

Fuq dan il-batiment kuljum jissielet

Ma mewġ il-baħar. U int tkun ilek

Mhux ħażin li sparixxejt.

U ħadd ma jibqa’ għal min jien għandi nsalva.

 

Jien għandi biża’ kbir li din hi l-aħħar

Darba li tajna l-għodwa t-tajba lil-xulxin

U jekk qatt nistgħu nerġgħu ma xulxin nitkellmu

Ma jkunx ħajr dan npermezz tat-talb u suppliki

Inkella b’mod virtwali.

 

Sakemm għad nista’ noħlom hemm it-tama

Li f’xi ħin jew f’ieħor għad iseħħ miraklu

U nerġa’ nidħol ġewwa l-merħla.

 

Mil-bqija dan jibqa’ biss tberrin il-moħħ

Duħħan ta’ ħolm li jrid jintesa’

Malli tistenbaħ. . . .

Jekk għad nistembaħ.

 

Alfred Grech

2/12/2021.

Comments

Popular posts from this blog