Lil Lana III

 

Ejj’għidli fejn kont meta kont infittxek

Ejj’għidli fejn kont ħielsa mill-irbit

Ejj’għidli fejn kont biex naqta dal-ktajjen

Ejj’għidli fejn kont, aktarx kont biswit.

 

Illum sibt it-triq li twassal lejn darek

Inħabbat biex nidħol u l-bieb imbarrat

Kull daħla li tagħti għal wesgħa fejn sibtek

Rakkont li qed tpinġi f-ritratt inkwadrat.

 

Tbissima biss tajtni u l-lemħa ta’ wiċċek

Kliem sieber biex tolqot il-lemħa f’għajnejk,

Tbissima kien jonqos biex mar-rima tiegek

Ninġarr u nittieħed sat-truf ta’ ħaddejk.

 

Alfred Grech

19/12/2021

Comments

Popular posts from this blog