Lil Sharon.

 

Setgħet ġara mod ieħor; seta’ sebaħ

Jum ġdid dan il-Milied.

Iżda Dak li f’idejĦ iwieżen il-pupi

Tad-demm u l-laħam u jiġbed l-ispag tal-marjunetti

Amar xi ħaġa pħra.

 

Setgħet inkitbet xort’oħra din in-narrattiva

Iżda aħna emminna dejjem

Fit-tjubijua tal-univers

li mbagħad intbaħna li kien

Indifferenti.

 

U jekk aħna llum imneżża’

Minn kull għata f’xitwa li tmewwet il-ħolqien

Kien biss għaliex emminna

Li kien hemm baħar jaqsam

Bejn it-tajjeb u l-ħażin.

 

Alfred Grech

30/12/2001

Comments

Popular posts from this blog