Lilhinn Mix-xefaq.
Mingħalija mxejt il-quddiem
Meta mxejt warajk
Għax deherli li fhimtek u
emmintek.
Iżd’issa sibt li bqajt fejn kont
Anzi rrid nerġa’ lura
U nkompli mnejn ħallejt
Ridt nifhmek f’moħħi u fi ħsiebi
Iżda lilek ma tifhmekx
Jekk timxi man-narrattiva
Għaliex il-ħrafa tgħinek tifhem
Dak li tifhem ma tistax.
Dik vagun tal-ferrovija
Biex twasslek lilhinn mix-xefaq
Lilhin mill-baħar li tgħum fih.
Tħarisx l-isfel għax taqbdel
il-vertiġni
Tħarisx il-fuq għax is-sema ma
tilħqux.
Ħares il-bogħod, lejn l-infinit
Llhinn mix-xefaq.
Alfred Grech
24/12/2021
Comments
Post a Comment