Mhux Il-Ġilda Biss Drat.

 

Mhux il-ġilda biss drat

Iżda mqar ir-ruħ u l-qalb

Jitilfu s-sensazzjoni.

Mhux biss trid toħloq dinja

Bex terġa’ tieħu r-ruħ

Tfittex it-tifsira meta tifsira mhemmx.

 

Int għallimtni kif nersaq lejn l-artal tiegħek

U t-taraġ nitla’ bil-patibolu

Għaliex qatt ma w’qaft infittex nifhmek

Ja mara!

 

Irid ikollok mhux ftit ħila

Biex terġa’ tibda l-jum.

Kont ħsibt li għad xi darba nirbħek

Imbagħad iż-żmien nissieni.

 

Imbagħad nibda nilgħab bit-tqanqiliet

Għax ninsa li dan mhux għajr

Il-grillu primorfjali

Sakemm titfaċċa

L-poeżija.

 

Alfred Grech

03/12/2021

Comments

Popular posts from this blog