Milied 2021.
Hekk nibqa’
jien hawnhekk inkarkar
Fi nżul
ix-xemx ta’ ħajti
Sakemm jasal
l-għabex fid-dalma
Ta’ lejl li
qatt ma jispiċċa.
Hekk nibqa’
jien hawnhekk nixtarr il-bżieżaq
Ta waqtiet
u tifkiriet tal-isplendur tiegħek
Li tħares
lejja bħallikieku kont
ix-xwejjaħ
ta’ għerf kbir
iżda li
qajla jista jlaħħaq
mar-ritmi
tiegħek.
Hekk nibqa’
jien hawnhekk
-U bħalma
nibqa’ jien trid tibqa’ d-dinja kollha-
Ngħodd it-tokki
tal-arloġġ
Ma kull
siegħa li tgħaddi
U nnaqqar
fark’oħra mill-maġbra
Li waslet
biex tispiċċa.
Aktarx
fis-skiet ta’ waqt bħal dan
Nilmaħ dawk
ta’ ħolma ġdida
Milied li
qatt m’għaddejt bħalu.
Alfred
Grech
25/12/2021
Comments
Post a Comment