Rumanz.
Inħabbat
il- mewġ tiegħi mal-blat tiegħek
Fit-tqanqiliet
ta’ maltempata sħuna
Għax aktar
ma titbiegħed tħalli rima
U lili
ssibni ngħum fis-seħer tiegħek.
Inħabbat
sidri u ngħid mhux qed nittarraf
Sakemm int
tneħħi l-velu u turi wiċċek
Imbagħad mis-sema
jinżlu l-anħli jgħannu
U nibda’
ngħix ukoll fis-sħab tal-għada.
Alfred
Grech
9/12/2021
Comments
Post a Comment