Sadanaittant Ix-Xita Nieżla.

 

Sadanittant ix-xita nieżla

U bija idħaq kemm trid

Id-dmugħ iċarċar mal-ħġieġ tat-tieqa

Imqar jekk id-dieqa ma tħosshiex.

 

Jekk impinġi l-kwadri kollu

Tistaqsinix mnejn ġibt l-ilwien

Għandi xeħta ntir mal-anġli

U nissellef mill-qawsali.

 

Jekk impinġi l-kwadru kollu

Imqar jekk int ma tifhimnix

Jien ngħidlek li astratta

Din il-mewġa ħsibijiet.

 

Jien nibgħatlek kemm il-xewqa

Ġewwa bżieżaq tas-sapun

Jekk jaslux għandek ma nafx

Qabel ma jinfaqgħu fl-arja.

 

Bil-pinzell jiżżewqu l-ilwien

Iżda t-tila ma tidhirx

Bl-iskalpett nonqox il-ġebla

Iżda x-xbieha qatt ma toħroġ.

 

L-aqwa li int tibqa’

Ma tarax u ma tifhimx

Irrid noħroġ minn ġo fiha

Dak li lanqas naf infisser.

 

Kont ser norqod

Iżda nagħas m’għandix

Aħseb u ara l-ħolm

Kemm se jiġini.

 

Ix-xita tibqa’ nieżla

U l-għejjun jimtlew

Iżda jien ma nogħdos qatt

Biex ninħasel mid-dnubiet

U mill-imgħoddi.

 

Alfred Grech

16/12/2021.

 

Comments

Popular posts from this blog