Tista’ Wkoll.
Tista’
wkoll int tibqa’ sejjra sakemm imissek
U jista’
wkoll ma jmissek qatt
Kuraġġ biss
irid ikollok
Għax mill-bqija
ma jiżbqok ħadd.
Nixtieq
nilħqek u ma nistax
Nixtieq qiegħda
hawn iżda mintix,
Int u jien
ħsieb wieħed konna
Int u jien
tlaqna flimkien.
Lanqas il-ħolm
ma jintesa’
Aħseb u ara
l-ħajja li għexna
Jien xtaq
inżom reġistru
Ta’ kullma
għedna
Imqar jekk
issa ma jiswiex.
Din kienet
riħet id-dieqa tiegħi
Riħa ta’
mewt.
Imbagħad xħin
jiġi l-baħħ
Lnaqs lili
nnifsi ma nkun niflaħ
U issa li dieħla
x-xitwa
Int lanqas qalbek
ma tiflaħ.
Alfred
Grech
10/12/2021.
Comments
Post a Comment