Titħallat Is-Sbuħija.

 

Titħallat is-sbuħija tal-ħolqien

Mal-holm li noħlom

U hekk insir divin li giddeb lilu nnifsu

U d-dinja trid tinqaleb

Ta’ taħt fuq.

Jekk ħloqna allat imnaqqxa

Fix-xbieha tagħna stess

It-twemmin tagħna  xxejjen.

 

Jekk tmis il-ħadid jikwi tinxtewa

Ħadid ħiereġ mil-forġa

Ma tridx tiġi lura u tgħidli

Kien tort tiegħek

Ma wissejtnix.

 

Imbagħad tiskuża ruħħek

Għax ma kontx taf

Jew ma stajtx tieqaf.

 

Għażliet il-ħajja jrattbu

U jxattbu dil-qalb

Li waqfet tħabbat.

 

Alfred Grech

17/12/2021

Comments

Popular posts from this blog