Tokrob Għalxejn.

 

Tokrob għalxejn bħar-riħ ivenven

Il-bibien ma jisfrundawx

It-twieqi mitbuqa jibqgħu

U l-burraxki ma jispiċċawx.

 

Jekk kull filgħodu nqum infittex

Id-dinja li fiha miniex

Ikun għax irrid naħrab it-traġitt

Imqar jekk għadna ma ltqajniex.

 

Jgħidulek trid taħseb

Fuq l-eqqel misteri tal-ħajja

Int l-ikbar misteru li għandi

u tibqa’ hekk verġni u bla tbajja.

 

Qaluli li trid iġġor

Il-keffa b’dak li fiha

Jien qatt ma kont emmint

Li qed inġorr ukoll mal-bqija

It-tweġiba.

 

Agħtini tbissima li tisseduċi.

 

Alfred Grech

02/12 2021. 

Comments

Popular posts from this blog