Xħin tħaddan Bejn Dirgħajk.

 

Xħin tħaddan bejn dirgħajk ilbies bla ġisem

Issib ix-xewqa tmil ma kull tqanqila

Issib il-ħsieb iberren bla ma jeħel

U ruħek li mill-gaġġa tkun trid taħrab.

 

Issib il-bieb miftuħ biex il-baħħ jilqgħek

Gradilja fuq in-nar fuqhiex tinxtewa

Imbagħad xħin jgħaddi l-waqt tal-eżultanza

Trid tmur mnejn ġejt u terġa’ tibda tħammem.

 

U tagħmel ta’ bir-ruħek li qed tifhem

Dak li bil-moħħ li tawna mhux jinftiehem

Xħin dħalt u ruħek sibt ġo din in-nasba

Ħassejtek sew u xtaqt hemm tibqa’ għal dejjem.

 

Alfred Grech

13/12/2021.

Comments

Popular posts from this blog