X’Irrid Inwiegħdek?

 

X’irrid inwiegħdek biex tagħtini li nixtieq?

Hemm stejjer li jintemmu

Oħrajn li jtemmuk

Jiġi l-waqt li nistaqsi

X’qed nagħmel hawn?

Trid tgħix mingħajr ma taħseb

Jew trid taħseb bla ma tgħix

Sabiex b’hekk xħin jasal l-aħħar

It-trapass ikun aħjar

Hekk trid tgħix bħal annimal.

Hekk trid tgħix biex lanqas tweġġa’

Tmur il-ġenna minnufih.

Jien u int niltaqgħu għad xi darba

Taħt saqaf wieħed

U noqgħod nitgħaxxa bik

Tul ħajjti kollha.

 

Alfred Grech

20/12/2021

 

 

Comments

Popular posts from this blog