165.
Bħal
dgħajsa ta’ bla qlugħ ‘l-quddiem nimxu
U l-għana
tas-sireni bħal stedina
Li jnessi
d-dwejjaq kbar u jġib il-faraħ
Jekk mhux
jurina mnejn irridu ngħaddu.
Ikun
il-mewġ li jqanqal kull tifkira
It-tlugħ u
nżul mal-qilla ta’ kull ħalla,
Iżda sal-lum
għaddejna l-istaġuni
It-tajjeb u
l-ħażin, il-ferħ u n-niket
U bqajna
nissuktaw bejn telfa u r-rebħa
U bqajna
nissuktaw bla ma waqafna
Għalkemm mhux
dejjem ġietna kif xtaqnieha
Tmellisa
kien l-effett ta’ kull buffura
U r-riefnu
li dawwarna mbuttatura
Kun af: li
int u jien qatt mhu ser nieqfu.
Alfred
Grech
28/01/2022.
Comments
Post a Comment