Auschwitz.

 

Din bħal marda

Li tqum filgħodu tfittex distrazzjoni

Biex tinsa li riekeb il-ferrovija lejn Auschwitz.

Imqar f’dal kamp tinħass il-ħtieġa

Li tibda toħlom

Li tilgħab logħob tal-azzard

Li tinsa’

Għax il-maskra mhijiex maskra

U t-tilqim hu biss reġistru

Tan-nagħa’ li hemm fil-merħla

Bit-tama li rgħaj għandu għal qalbu

Il-ġid tal-merħla.

Mhemm ebda triq oħra li tista’ taqbad

Fuq din il-ferrovija.

 

Alfred Grech

12/01/2021.

Comments

Popular posts from this blog