Bandla.

 

Jista’ jkun li kull demgħa li ġġelben u tqattar

Tqanqal wiċċ l-ilma ħiemed

Il-mera li fiha ta’ sikwit inħarsu

Sabiex insiru naf s-sewwa

U jiena u int nibdew tielgħin u nieżlin

Bħas-sufri mal-ħalel

Fil-bandla li ħloqt inti stess

Li ħloqna flimkien

U fil-benniena li fiha qed iġġorni miegħek.

Illum jisbaħ bnazzi

Għada ma nafx x’ikun.

Iżda kun af li ma baqgħaliex wisq

Biex tinqata’ l-ispaga.

 

Alfred Grechh

20/01/2022.

Comments

Popular posts from this blog