Din Tista’ Tkun Bħal Meta.
Din tista’ tkun bħal meta tmur għal gwerra
Tagħżel il-waqt,
terren u strateġija;
It-telf u
r-rebħ tkun tafu xħin tiġġieled
l-imħallef
ta’ kull għażla n-nostalġija.
Tixbaħ xi
ftit bħal meta n-niżla taqbad
Għax kollox
jibda’ jkaxkrek lejn l-abbissi
M’hemm xejn
li jista’ jwaqqfek jew ifixklek
Għajr dak
il- ħsieb li kont tinsab imwissi.
Illum li
qed inġorr it-toqol tiegħek
Nifhmek aħjar
u naraf minn fejn ġejna
U issa
jiena wkoll inħossni nindem
Li rġajna
morna lura minn fejn bdejna.
Alfred
Grech.
10/01/2022.
Comments
Post a Comment