F’Kull Daqqa t’Għajn.
F’kull
daqqa t’għajn li tagħti hemm tqanqila
Kull daqqa
t’għajn minn tiegħek tkun titjira
Hekk biss
jien l-infinit qatt nista’ mmissu
Hekk biss,
bħal kull xħin tersaq ħdejja
Għalkemm
l-istess, ninbidel jien f’ħaddieħor.
Kull daqqa
t’għajn li biha nfidt l-għanqbuta
Li tostor
minn quddiemna s-sebħ tas- sajjem
Int stess
tgħollih trid das-siparju
Taħrika biss
ta’ ġismek waqt ta’ dejjem.
Alfred Grech.
27/01/2021
Comments
Post a Comment